Internazzjonali

Ċitazzjonijiet ta’ €140 għal min isuq b’mod traskurat

Il-Pulizija fir-Renju Unit bdew jagħtu ċitazzjonijiet ta’ £100 (jew ta’ €140) lil dawk is-sewwieqa li jinqabdu jsuqu bi traskuraġni.

Il-Pulizija qed jimmultaw dak il-ħin stess eluf ta’ sewwieqa li qed jinstabu jiksru r-regolamenti tat-traffiku fosthom billi jaqilgħu vetturi oħra f’postijiet ipprojbiti, jimblukkaw karreġġjata bis-sewqan tagħhom u jtajru l-ilma fuq persuni li jkunu għaddejjin bil-mixi.

S’issa hu stmat li l-Pulizija mmultat mal-10,000 sewwieq hekk kif qed tipprova tnaqqas is-sewqan meqjus “anti-soċjali”.

Kien hemm sewwieqa li nqabdu jsuqu u fl-istess ħin jaqraw karti marbuta mal-post tax-xogħol tagħhom, jew mapep, oħrajn għaddew minn toroq li kienu magħluqa għal xogħlijiet u sewwieqa oħra saqu b’veloċità qawwija minkejja li għaddew qrib persuni mexjin jew tfal.