Lokali Parlament

Dog Handler impjegat fuq bażi ta’ position of trust

Il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali impjega persuna fuq bażi ta’ person of trust bħala Dog Handler.

Dan kien ikkonfermat mill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Carmelo Abela, għal mistoqsija parlamentari tal-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-Ħidma fil-Parlament, Mario de Marco, li talab lill-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumentazzjoni kollha marbuta mal-ingaġġ tad-dog handler,u biex jispjega għalfejn f’dan il-każ ġie deċiż li l-ingaġġ isir fuq bażi ta’ position of trust.

Il-Ministru Carmelo Abela wieġeb li dan l-impjieg approvat mill-Ministeru, sar minħabba l-professjoni tal-persuna f’dan il-qasam, kif ukoll għall-esperjenza ta’ snin twal f’dan ix-xogħol.

Ir-rwol tal-persuna impjegata hu bħala K9 Technical Instructor u jikkonsisti f’taħriġ tal-klieb kif ukoll tad-dog handlers tat-taqsima tal-Faċilità Korretiva ta’ Kordin għal detenzjoni ta’ droga kif ukoll dawk tat-taqsima tal-Protezzjoni Ċivili fil-qasam ta’ operazzjonijiet ta’ tiftix u salvataġġ ta’ persuni. Is-salarju hu ekwivalenti għal massimu ta’ skala 11.