Lokali

Grupp ta’ persuni involuti fi ġlieda bis-skieken

Madwar tnax-il persuna dal-lejl kienu involuti fi ġlieda li seħħet barra bar fil-Marsa.

Il-ġlieda żviluppat wara t-3 ta’ filgħodu. MaltaRightNow jinsab infurmat li kollox beda minn argument li kien jinvolvi mara u raġel, bir-raġel li spiċċa vittma ta’ raġel ieħor li pprova jisforza lilu nnifsu fil-vettura tal-mara.

L-argument wassal biex numru ta’ rġiel oħra spiċċaw involuti fil-ġlieda, li matulha intużaw xi skieken.

Fuq il-post marru Pulizija mill-għassa tal-Belt kif ukoll membri tar-Rapid Intervention Unit sabiex jikkontrollaw is-sitwazzjoni.

Ir-raġel ittieħed iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Floriana fejn ġie ċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi ħfief.