Lokali

‘Hit and run’ f’San Ġiljan: tfittxija għall-karozza involuta fl-inċident

Għall-ħabta tas-6pm ittajjar ġuvni fi Triq Lapsi f’San Ġiljan, bil-karozza involuta fl-inċident jidher li baqgħet sejra fi triqtha.

Fil-ħin tal-inċident, mal-ġuvni, kien hemm ukoll it-tfajla tiegħu u xi nies li kienu għaddejjin mit-triq, li immedjatament ċemplu għall-għajnuna.

Fuq il-post waslu l-Pulizija u tim mediku, li ta l-ewwel għajnuna liż-żagħżugħ involut fl-inċident.

Sa issa l-kundizzjoni medika tiegħu għadha mhix magħrufa.

Minn tagħrif li għandu Maltarightnow.com, bħalissa qed issir tfitxija għall-karozza involuta fl-inċident, u li jidher li hi ta’ lewn griż.