Ħarsa lejn il-ġurnali dalgħodu, is-17 ta’ Marzu 2015.
IN-NAZZJON b’ritratt kbir tal-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil u l-Arċisqof-elett Monsinjur Charles Scicluna f’laqgħa li kellhom ilbieraħ fil-bini tal-Parlament. L-istorja ewlenija fil-faċċata ta’ IN-NAZZJON dwar Matthew Dingli, li nġieb lura Malta ferut mil-Libja. Ir-rapport jgħid li l-Pulizija mhi teskludi xejn sakemm tkellem lill-vittma. Dingli għadu qed jinżamm l-ITU taħt kundizzjoni kritika.
L-ORIZZONT b’storja dwar il-bini preżenti tal-Parlament, bir-rapport jgħid li l-Kamra tar-Rappreżentanti li qed tintuża bħalissa se tkun fost il-postijiet fejn se jsiru l-laqgħat tal-ministri Ewropej sentejn oħra.
THE MALTA INDEPENDENT ukoll b’ritratt tal-laqgħa li kellu l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil mal-Arċisqof-elett Charles Scicluna. Żewġ stejjer oħra fil-faċċata ta’ din il-gazzetta; partikolarment storja dwar ir-riforma fil-liġi dwar id-droga u storja dwar kif ma kienx hemm investigazzjoni waħda tal-Pulizija dwar oriġini ta’ flus li nġiebu Malta wara amnestiji tal-Gvernijiet.
TIMES OF MALTA bl-istorja ewlenija dwar il-każ tat-tarbija ta’ tlett xhur li tħalliet weħidha f’karozza. Ir-rapport jgħid li l-omm se titressaq il-Qorti.
//= $special ?>