Ir-Russja, Riyadh, Istanbul, Dubaj u Pariġi huma l-aktar bliet u pajjiżi minn fejn qed ikun hemm talbiet għall-iskema ta’ bejgħ ta’ ċittadinanza Maltija. It-talbiet qed jidħlu fl-Ambaxxati jew Konsolati ta’ Malta f’dawn il-bliet jew pajjiżi msemmija.
Dan ikkonfermah il-Ministru għall-Affarijiet Barranin George Vela fil-Parlament għal mistoqsija tax-Shadow Minister Marthese Portelli.
Jirriżulta wkoll li s’issa saru 555 talba għall-iskema tal-bejgħ taċ-ċittadinanza Maltija fl-Ambaxxati u l-Konsolati.
//= $special ?>