Olandiż sofra feriti gravi wara li dalgħodu ntlaqat minn karozza li kienet għadha kif ħabtet ma’ karozza oħra fl-Imsida.
Jirriżulta li l-każ seħħ għall-ħabta tat-7.50am fil-kantuniera bejn Triq Bordin u Triq Qrejten meta karozza tat-tip Suzuki Baleno, misjuqa minn raġel ta’ 37 sena, ħabtet ma’ karozza tat-tip Peugeot 405, misjuqa minn mara ta’ 53 sena.
Mal-impatt, il-karozza Suzuki laqtet lir-raġel li kien miexi fuq il-bankina. Hu ttieħed immedjatament l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn kien iċċertifikat li qed isofri minn feriti gravi.
//= $special ?>