It-terroristi tal-ISIS fil-Libja ħatfu talanqas 20 barrani li jaħdmu fil-qasam mediku, waqt attakk fuq L-Isptar ta’ Ibn Sina, fil-belt ta’ Sirte.
Il-maġġoranza tal-ħaddiema huma mill-Filippini, bl-oħrajn ikunu ċittadini tas-Serbja, l-Indja u l-Ukrajna. L-attakk seħħ meta l-ħaddiema kienu se jaqbdu xarabank biex jitilqu lejn Tripli, minħabba li s-sitwazzjoni tas-sigurta qed taqleb għall-agħar fl-inħawi.
Il-belt ta’ Sirte ilha mis-sena l-oħra taħt il-kontroll tal-ISIS u mifhum li t-terroristi riedu li l-ħaddiema jibqgħu hemm għaliex huma l-uniċi nies kwalifikati biex jittrattaw lill-ġiħadisti feruti.
//= $special ?>