Internazzjonali

Jinqatel kmandant ewlieni tal-ISIS

It-terroristi tal-ISIS ikkonfermaw li nqatel wieħed mill-kmandanti ewlenin tagħhom waqt il-ġlied kontra l-avversarji armati fl-inħawi tal-Libja.

It-terroristi sostnew li l-kmandant, Ahmed al-Ruwajsi, spiċċa maqtul fost il-battalji li għaddejjin bħalissa fil-belt ta’ Sirte.

Al Ruwajsi, magħruf ukoll bħala Abu Zakariya al-Tunisi, kien ippjana u ħa sehem fl-assassinar ta’ żewġ politiċi prominenti li seħħ, fl-2013, fit-Tuneżija proprja.