Lokali

Jinsterqu l-‘burgers’ u fliexken tal-whiskey minn kjosk fin-Nadur

Is-sid ta’ stabbiliment tal-ikel fin-Nadur irrapporta li matul il-lejl li għadda, persuna jew persuni daħħlu bla permess fil-proprjeta’ tiegħu u wettqu serqa li tammonta għal diversi mijiet ta’ ewro, kemm bħala flus kontanti, kif ukoll bħala materjal.

Is-sid jgħid li induna bil-każ dalgħodu, għal ħabta tad-9am, fejn induna li kien hemm numru ta’ oġġetti nieqsa, fosthom flixkien tax-xorb, flus kontanti, logħob u ikel. Il-bieb kien ukoll sgassat, b’daqqiet li jidhru li saru permezz ta’ pala.

Kurjuż il-fatt li skont is-sid, fil-post kien hemm oġġetti b’iktar valur imma li dawn ma nsterqux.

Il-Pulizija tinsab għaddejja bl-investigazzjoni tagħha.