Il-fatt li l-Gvern ċaħad l-istedina tal-Avukat Ġenerali bħala xhud quddiem il-Kumitat Parlamentari tal-Privileġġi jixhed li l-Gvern kellu komunikazzjoni mal-Avukat Ġenerali dwar il-każ.
Dawn kienu l-kummenti ta’ Chris Said f’laqgħa tal-istess Kumitat, fejn Giovanni Kessler, il-Kap tal-Uffiċju OLAF, kellu jixhed quddiem il-Kumitat Parlamentari. Biss, il-Kummissjoni Ewropea ma tatx permess lil Kessler biex jidher quddiem l-istess Kumitat minħabba li qalet li ġiet infurmata “fl-ahhar ħin”.
Intant, Anġlu Farrugia, bħala sedja tal-istess Kumitat, ċaħad l-allegazzjonijiet tal-Kummissjoni u qal li ilu jikkorrispondi magħhom sa mit-12 ta’ Ġunju 2014.
Segwi l-artiklu dettaljat, li kien aġġornat kontinwament b’dak li ntqal waqt il-laqgħa tal-Kumitat billi tagħfas hawnhekk.
//= $special ?>

