Il-Union Ħaddiema Magħqudin (UĦM), fi stqarrija, qed takkuża lill-amministrazzjoni tal-isptar Mater Dei li qed timmina direttivi tagħha lill-Paramedic Aides.
Il-union spjegat li minħabba direttivi li hemm fis-seħħ bħalissa mal-Paramedic Aides, il-UĦM b’responsabiltà ħalliet lill-Paramedic Aides jipproċessaw demm, fid-dipartiment tal-Emerġenza u fis-swali. Spjegat li t-test-tubes tad-demm jiġu identifikati permezz ta’ tikketti li jitwaħħlu apposta u li jiddistingu test minn ieħor.
Il-UĦM qalet madankollu li dan l-aħħar, l-amministrazzjoni ta’ Mater Dei tat direzzjoni biex dawn it-tikketti importanti ma jibqgħux isiru u b’hekk it-testijiet tad-demm ma jistgħux jibqgħu jingħarfu wieħed minn ieħor.
Il-UĦM insistiet li dan hu aġir irresponsabbli u jista’ jimmina saħħet il-pazjent. Qed iżżomm lil min ħa din id-deċiżjoni legalment responsabbli għal demm li ma jiġix ipproċessat għax mhux identifikat kif suppost.
//= $special ?>