Internazzjonali

L-ISIS fil-Libja huma ‘theddida sostanzjali’ għall-Eġittu

Il-Ministru Eġizzjan għall-Affarijiet Barranin, Sameh Shoukry, sejjaħ għal ‘impenn internazzjonali’ li tixpruna l-ġlieda kontra l-ISIS, filwaqt li sostna li l-Eġittu qed jiffaċċja theddida ‘sostanzjali’ mit-terroristi li ħatfu l-kontroll tal-ibliet fil-Libja.

Shoukry qal dan waqt intervista mal-ġurnalista, Christiane Amanpour, tal-istazzjon CNN — bl-Eġizzjan jesiġi l-ħtieġa ‘li l-komunita internazzjonali tirrispetta l-impenji tagħha fil-konfront tal-ISIS’.

Fi Frar li għadda, l-Eġittu u l-Libja kienu bagħtu l-qawwiet tal-ajru kontra l-miri tal-ISIS fil-Libja wara li t-terroristi kienu biċċru għoxrin Eġizzjan qrib il-belt Libjana ta’ Sirte.