Għawdex Lokali Parlament Saħħa

L-Isptar Ġenerali t’Għawdex se jiġi privatizzat?

Il-Gvern ma jagħti ebda assigurazzjoni li mhux se jiġi privatizzat

Il-Gvern ma tax assigurazzjoni li l-ebda parti mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex mhu ser tiġi pprivatizzata jew ser tibda titħaddem mill-privat.

Dan jirriżulta minn tweġiba li ta l-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa, Konrad Mizzi, għal mistoqsija ċara u dirett tax-Shadow Minister għal Għawdex Chris Said, li fil-Parlament talab lill-Ministru jagħti assigurazzjoni li l-ebda parti mill-Isptar f’Għawdex mhi se tiġi privatizzata jew se tibda titħaddem mill-privat.

Għal din it-talba, il-Ministru Konrad Mizzi ma ta ebda assigurazzjoni u qal biss li l-Gvern hu determinat li jkompli jtejjeb is-servizz tas-saħħa għal pazjenti Maltin u Għawdxin filwaqt li jibqa’ jagħti dan is-servizz bla ħlas.