Lokali

Omm li ħalliet tarbija weħidha f’karozza se titressaq il-Qorti

Omm mill-Eriterja ta’ 34 sena se tkun qed titressaq il-Qorti akkużata b’negliġenza wara li ħalliet lit-tarbija tagħha ta’ 3 xhur maqfula f’karozza għal ħin twil.

Il-ġurnal Times of Malta qed jirraporta li l-Pulizija se jressqu l-Qorti wkoll lil sid il-karozza, raġel mill-Eritreja ta’ 27 sena. Kollox jindika li sid il-karozza mhuwiex missier it-tarbija.

Il-każ seħħ il-Ħadd li għadda, meta f’karozza fil-Marsa intlemħet tarbija ta’ ftit xhur maqfula ġo karozza għal ħin twil. Wara rriżulta li t-tarbija kienet ilha fil-karozza għal madwar siegħa u nofs. Il-Pulizija ġew mgħarrfa bit-tarbija wara li persuna li kien għaddej minn ħdejn il-karozza induna bit-tarbija ġo fiha.