Lokali

Serq miċ-Ċimiterju taż-Żejtun

habta
Incident

Fl-aħħar sigħat, membri tal-Korp tal-Pulizija kienu nfurmati b’serq li seħħ fiċ-Ċimiterju ta’ Santu Rokku fiż-Żejtun, b’persuna tirrapporta li bejn ilbieraħ u llum xiħadd seraq numru ta’ oġġetti minn fuq qabar ta’ qarib tagħha.

L-oġġetti li nsterqu kienu jammontaw għal 800 ewro, u jinkludi diversi ornamenti tal-bronż.

L-istess persuna rrappurtat li sal-bieraħ dawn l-oġġetti kienu għadhom jinsabu fuq il-qabar, iżda mal-wasla tagħha fl-istess post iktar kmieni llum, indunat li dawn l-affarijiet kienu għebu.

Il-Pulizija tinsab għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.