Ilbieraħ insterqu madwar €100 fi flus kontanti minn cupboard li hemm fis-Sagristija tal-Knisja ta’ San Filippu fl-Isla.
Persuni li tkellmu ma’ MaltaRightNow.com qalu li fil-ħin tas-serqa, fil-Knisja kien hemm xi nies waqt irtir.
Fil-bidu ta’ Marzu, kienet saret serqa oħra fil-Kappella ddedikata lil San Ġiljan, fl-Isla stess. Dakinhar, il-Kappella sfat fil-mira ta’ sgass u serq minn persuna jew persuni mhux magħrufa.
Minn informazzjoni li għandna jirriżulta li l-Pulizija għadha qed tinvestiga ż-żewġ każi.
//= $special ?>