Tfajla ta’ 16-il sena qed tallega li lbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tat-8.30pm, ġiet stuprata fl-inħawi tal-Furjana.
Minn tagħrif li kiseb MaltaRightNow.com jirriżulta it-tfajla ġiet allegatament stuprata minn żagħżugħ Malti.
Jirriżulta li t-tfajla ppruvat tirreżisti għall-aggressjoni, iżda ma rnexxiliex taħrab mill-post.
It-tfajla, flimkien ma’ qarib tagħha, kienu akkumpanjati mill-Pulizija lejn l-Isptar Mater Dei biex tingħata l-kura.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-għassa, li ħatar diversi esperti biex jassistu f’inkjesta.
//= $special ?>