Somalu ta’ 33 sena ġie kundannat 40 xahar wara li nstab ħati li fil-31 ta’ Awwissu li għadda flimkien ma’ persuna oħra kien seraq kartiera ta’ Rumen li kien fiha €40 fi flus kontanti, I phone 5, credit cards u dokumenti personali. Waqt is-serqa li saret fil-ħamsa ta’ filgħodu r-Rumen kien rieqed fuq bank f’Paċeville.
Ir-Rumen Bogdan Marius spiċċa wkoll bil-liċenzja misruqa li nsterqet minn Abdullahi Mohammed Adow, residenti l-Marsa. Lura f’Settembru li għadda miegħu kien tressaq Bashir Abdulahi Ahmed ta’ 21 sena, li kien ammetta mill-ewwel l-akkużi u ġie kundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin.
Mill-provi rriżulta li dak inhar tas-serqa kien hemm Surġent tal-Pulizija preħenti meta raha erba’ persuni jisirqu lir-Rumen. Is-Surġent Andrew St. John kien rabat wieħed mis-Somali ma’ karozza biex ikun jista’ jiġri wara l-oħraj. Kienu żewġ Somali li sitt xhur ilu tressqu l-Qorti. Dawn kienu jagħmlu parti minn grupp ta’ erba’ persuni li dak il-ħin bir-Rumen rieqed fuq bank kienu qegħdin ifittxu bil-bwiet tiegħu.
Is-Surġent Andrew St John li rnexxielu jaqbad wieħed mill-ħallelin u mmanettjah mal-paravangu ta’ karozza li kienet ipparkjata fil-viċin qabel ma’ qabad it-tieni persuna bit-tnejn l-oħra jilħqu jaħarbu.
Ir-Rumen kien xehed wara li tressqu l-Qorti s-Somali fejn qal li bil-lejl kien Paceville ma’ sħabu, iżda f’xi ħin tilfu lil xulxin. Huma kellhom ftehim bejniethom li meta jiġri hekk, jiltaqgħu f’post u ħin partikolari biex jirkbu l-karozza tal-linja lejn id-dar. Sakemm sar il-ħin, huwa raqad fuq bank, u dan kien għall-ħabta tal-5.00 a.m.
Qal li f’mument minnhom ħass lil xi ħadd imissu. Huwa għaraf lil din il-persuna bħala Abdulahi Mohamed Adow. Dan seraqlu l-iphone li jiswa aktar minn €600, kartiera b’€40 fi flus kontanti, kif ukoll il-li/enzja tas-sewqan. Is-Somalu spiċċa arrestat fuq il-post stess, qal ix-xhud filwaqt li ċaħad li kien xurban. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Trevor Micallef.
//= $special ?>