Kunsilli Lokali Lokali Qorti

David Thake jiftaħ libell kontra l-media Laburista

Il-Kandidat f’isem il-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni tal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar David Thake fetaħ kawża ta’ libell fil-konfront tal-Editur tal-media Laburista Aleander Balzan.

Il-libell jitratta aħbar li xxandret ilbieraħ waqt l-aħbarijiet tal-media Laburista, fejn ingħad li l-kumpanija ta’ David Thake ħadet numru ta’ direct orders mill-Gvern Nazzjonalista.

Il-libell kien iffirmat mill-Avukat Andrew Borg Cardona.