Lokali

Ħalla r-rota fil-parti tal-komun bħal dejjem, imma ħaduhielu

Ritratt : Google

Raġel minn San Ġwann ħalla r-rota tiegħu, kif dejjem kien jagħmel, fil-parti tal-komun tal-blokka appartamenti fejn joqgħod imma meta mar għaliha biex joħroġ għax-xogħol, sab li ma kinitx għadha hemm.

Għall-ewwel ħaseb li kienet saritlu xi ċajta, tant li tela’ fuq il-bejt biex jara jekk xi ħadd tellagħhielux fuq nett, imma meta ma nstabitx, spiċċa jagħmel rapport lill-Pulizija.

Il-bieb tat-triq tal-blokka appartamenti normalment jinżamm magħluq u jinfetaħ biss minn ġewwa jew b’ċavetta.
Il-Pulizija ċċekkjat filmati ta’ kameras tas-sigurtà ta’ ħanut faċċata l-blokka appartamenti imma dawn ma kinux juru d-daħla tal-blokka. Il-Pulizija baqgħet tinvestiga l-każ.