Sa tliet snin ilu, fiz-zona ta’ Santa Margerita fil-Mosta kienet tiddomina t-telqa u żdingar totali wara ħames snin ta’ tmexxija Laburista. Illum, maġġoranza tal-PN fil-Mosta lestiet 7 toroq kif ukoll il-proġett tal-ġnien li se jkun inawgurat il-ġimgħa d-dieħla.
Kunsill immexxi mis-Sindku Nazzjonalista Shirley Farrugia għamel id-differenza f’Santa Margerita, kif spjegat l-istess Sindku dalgħodu meta flimkien ma’ kandidati u kunsillieri Mostin, akkumpanjat lill-Viċi Kap Nazzjonalista Beppe Fenech Adami fi żjara li għamel f’din iz-zona.
Fil-Mosta saru b’kollox 19-il triq fi tliet snin. Fosthom Triq il-Kbira, b’investiment ta’ 400,000 ewro, u seba’ toroq kollha bit-tarmac fl-inhawi ta’ Santa Margerita.
Fost it-toroq ġodda li saru fil-Mosta hemm Triq EB Vella, Triq il-Kulleġġ, Triq Salvu Aquilina, Triq Carmelo Schembri, Triq Salvu Barbara, Triq Mons. Mikiel Azzopardi, Triq Karlu Darmanin, Triq Dun Anġ Camilleri, Triq Rafel Caruana Dingli, Triq Patri Avertan Fenech, Triq il-Kwies, Triq l-Għerien tal-Wied, Triq Dun Ġwann Pullicino, Triq Papa Pju XII, Triq l-Ortolan, Triq Fiteni, u Triq ta’ Mlit.
Il-Kunsill tal-Mosta għamel ukoll diversi bankini godda, progetti ta’ restawr, kif ukoll bandli ġdid kull sena. Il-ġnien f’Santa Margerita se jkun tlesta b’investiment ta’ 110,000 ewro.
Beppe Fenech Adami minn naħa tiegħu fakkar fid-diżgwit li kien mifni bih il-Kunsill tal-Mosta meta kien immexxi minn maggoranza Laburista. Hu sostna li fil-Mosta, il-PN għamel differenza għall-aħjar. B’kuntrast ma’ San Pawl il-Bahar fejn hemmhekk ir-residenti marru għall-agħar b’Kunsill immexxi minn maġġoranza Laburista.
//= $special ?>