Mezzi tax-Xandir Iżraeljani qed jgħidu li l-Prim Ministru attwali tal-pajjiż Benjamin Netanyahu rebaħ l-elezzjoni fl-Iżrael.
B’ħafna mill-voti issa ġew mgħaduda, il-partit tal-Likhud, li Netanyahu huwa parti minnu, aktarx se jkun qed jirbaħ 29 siġġu minn Parlament ta’ 120 siġġu, bil-Unjoni Żijonista tirbaħ 24 siġġu.
Jekk dan ikun konfermat, Netanyahu jkollu bżonn l-appoġġ ta’ partiti oħra biex ikun jista’ jmexxi Gvern ta’ koalizzjoni.
//= $special ?>