Il-ġuri tar-Rumen mixli li kkawża ferita gravi fuq Sudaniż li kienet segwita bil-mewt
“Bouncer” li kien jaħdem mal-istabbiliment Clique f’Paceville iddeskrieva kif huwa ra raġel abjad jagħti daqqa ta’ ponn lil wieħed iswed li waqa’ ma’ l-art u beda jitlef id-demm minn rasu. “Huwa niżel ċappa….boom, knock-out”, qal il-bouncer Jesmond Vella.
Huwa qal li sema’ d-daqqa u wara l-ħoss ta’ raġel jaqa’ ma’ l-art u sema’ wkoll “ffff” u raha d-demm ħiereġ minn fuq wara tar-ras tar-raġel ta’ karnaġġon skura. Vella kien qed jixhed fil-ġuri li jinsab għaddej ir-Rumen Antonel Dobre ta’ 29 sena, li wieġeb mhux ħati li kkaġuna feritya gravi fuq is-Sudanese Osama Al Shazliay Saleh ta’ 26 sena, segwita bil-mewt. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-6.00 a.m. tas-17 ta’ Marzu tal-2012 .
Il-Prosekuzzjoni qed tgħid li Dobre ta daqqa ta’ ponn lil Saleh magħruf bħala Sunshine fuq wiċċu, li spiċċa waqa’ jolqot rasu u spiċċa biex sofra emoroġija f’moħħu li wasslet għal mewt tliet ijiem wara.
Vella qal li dak iż-żmien kien jaħdem bħala “bouncer” mal-istabbiliment Clique u kien stazzjonat barra l-bieb. Barra huwa raha raġel skur jitkellem ma’ żewġ irġiel bojodu kollox deher normali.
“Rajthom jitkellmu, u f’daqqa waħda raġel ta’ kulur abjad ta daqqa lil iswed li waqa’ ma’ l-art. Għetdlu għaliex” U wara ma nafx x’ġara. Kien hemm “chaos”,” u qal li minn hem mil-quddiem huwa ffoka fuq ir-raġel skur u l-oħrajn telqu.
Mistoqsi jiddeskrievi d-daqqa, x-xhud qal li issa għadda ż-żmien u li kien hem mil-filmati tas-CCTV li turi x’ġara eżatt. Huwa kkonferma wkoll x’kien qal fl-istqarrija li huwa kien ta lill-Pulizija tliet snin ilu fejn qal li kien raha abjad jagħti daqqa lil wieħed iswed, bid-dawra, u laqtu fuq nasu.
Sadanittant kompla jixhed ukoll wara li beda jixhed it-Tlieta, sieħeb l-akkużat, ir-Rumen Radu Rica, li kien ma’ Dobre dik il-lejla. Huwa ddeskrieva kif flimkien ma’ Dobre ħareġ mill-istabbiliment ġewwa Paceville club, u Saleh mar fuqu rrabjat u tah daqqa ta’ minkeb bla ebda raġuni ta’ xejn.
Il-“bouncers” intervjenaw biex iwaqqfu lil Saleh barra. Sadanittant Dobre, kien wieqaf fuq in-naħa tax-xellug ta’ Saleh’, li mbuttah b’idu x-xellugija. Id Dobre kienet miftuħa u mbotta lil Saleh minn wiċċu.
Mistoqsi jekk kienitx bħal daqqa ta’ ħarta, daqqa ta’ ponn jew imbottatura, huwa qal li kienet aktar imbottatura b’id waħda. Saleh tilef il-bilanċ u waqwa’ b’lura. Qal li huwa jemmen li Saleh kien fis-sakra u dan minħabba l-mod ta’ kif kien qiegħed iġib ruħu. Tenna li hu u Dobre telqu meta raw lil Saleh jipprova jqum.
Rica qal li ma jiftakarx il-ħoss tad-daqqa iżda jiftakar il-ħoss ta’ meta Saleh niżel ma’ l-art, fi triq li hija kemmxejn għan-niżla. “ Kont qed nipprova ninsa l-inċident u issa qed nipprova nerġa’ niftakar,” qal ix-xhud meta mistoqsi fuq ċerta dettalji.
Fis-sessjoni ta’ wara nofs inhar u filgħaxija xehed l-espert mediku tal-Qorti Mario Scerri li eżamina lill-vittma l-isptar fis-17 ta’ Marzu ta’ tliet snin ilu. Dan ma kienx f’sensih u kellu laċerazzjoni fuq in-naħa ta’ wara ta’ rasu. Il-kpiepel ta’ għajnejh ma bdewx jiċċaqalqu, sinjal li ma kien hemm l-ebda kommunikazzjoni bejn il-moħħ u l-għajnejn.
“Scans” urew li kellu frattura fl-iskutella ta’ rasu, brix fl-intern u emoroġija fil-moħħ. Rapport toksikoloġiku wera li l-livell ta’ alkoħol li kellu kien taħt dak stipulat għal meta wieħed isuq. L-għada ma kien hemm l-ebda attivita’ fil-moħħ u ġie dikjarat bħala moħħ mejjet. Fl-20 ta’ Marzu, l-vittma ġie dikjarat mejjet.
Huwa kellu dak li jissejjaħ “hematoma” – jew problemi nterni fuq in-naħa tal-lemin ta’ moħħu li x’aktarx kienu kkawżati minn daqqa qawwija. Din it-tip ta’ ferita tikkawża katastrofi fil-moħħ.
Ma kien hemm l-ebda fratturi esterni u dan seta’ ġara peress li seta’ ntlaqat minn naħa ratba tal-pala ta’ jdejh fejn din setgħet tkun ta’ “cushion” għad-daqqa devastanti, li riużultat ta’ dan ikun li minkejja fuq barra ma jidher xerjn, iwassal għal emoroġija interna.
Il-probabilita’ hija, qal l-espert Scerri, li l-ewwel huwa sofra minn “haematoma” u wara laqat rasu ma’ l-art. Iż-żewġ feriti huma ta’ periklu għal ħajja. Il-probabilita’ hija li d-daqqa tikkawża il-“hematoma” fil-moħħ li tinnokkjak-għalkemm xejn mhuwa mpossibbli.
Il-Patoloġisti Ali Salfraz u Marie Therese Camilleri Podesta li wettqu l-awtopsja fuq il-vittma fit-22 ta’ Marzu tal-2012, u kkonkludew il-kawża tal-mewt qal li r-raġuni tal-mewt kienet minħabba l-fratturi interni u l-emoroġija interna li ġiet minn dik li tissejjaħ “blunt trauma”, jiġifieri is-sensi.
Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Avukati Kevin Valletta u Nadia Attard, mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali filwaqt li l-Avukat Roberto Montalto qed jidher għall-akkużat u l-Avukat Larry Formosa qed jidher bħala parte civile.
//= $special ?>