Internazzjonali

Interċettati 11-il ajruplan Russu f’lejl wieħed

Ajruplani militari tan-NATO matul il-lejl bejn it-Tlieta u l-Erbgħa kellhom jinterċettaw 11-il ajruplan militari Russu li ħolqu paniku fl-ispazju tal-ajru ta’ pajjiżi membri fil-Baħar Baltiku.
L-ajruplani militari Russi ħolqu paniku għaliex taru b’tagħmir li suppost ikun mixgħul biex ikunu identifikati fuq ir-radar mitfi hekk kif qorbu ħafna lejn il-Litwanja u l-Latvja. Fil-pront ajruplani tan-NATO li qed jgħassu z-zona minħabba t-tensjoni mar-Russja identifikaw diversi ajruplani militari Russi, fosthom Su-27 u Su-34 fiz-zona.
Jidher li dawn imbagħad kienu diretti lejn Kaliningrad, it-territorju Russu maqbud bejn il-Polonja u l-Litwanja.