Internazzjonali Unjoni Ewropea

Irvellijiet fi Frankfurt

Il-qalba ta’ Frankfurt l-Erbgħa kienet tixbah lil waħda ta’ zona ta’ gwerra minħabba rvellijiet vjolenti madwar il-kwartieri ġenerali ġdid tal-Bank Ċentrali Ewropew (ECB).
Ħafna kienu l-karozzi u laned taż-żibel li ngħataw in-nar mid-dimostranti li nġabru minn madwar l-Ewropa biex jipprotestaw kontra l-ECB u l-miżuri ta’ awsterità f’diversi pajjiżi Ewropej, fosthom il-Greċja.
Ħafna mill-vjolenza kienet lokalizzata fl-inħawi tal-teatru tal-opra Alte Oper.
Il-Pulizija kellha tuża l-pepper spray kif ukoll il-kanuni tal-ilma beix tipprova tikkontrolla d-dimostranti. Kien hemm 80 uffiċjal tal-Pulizija li ndarbu f’dawn l-irvellijiet.