Żagħżugħ ta’ 18-il sena mill-Belġju, residenti l-Belt Valletta, inżamm arrestat mill-Pulizija f’Ta’ Xbiex wara li nqabad ikisser vending machine qrib l-ambaxxata tar-Renju Unit.
Għall-ewwel iż-żagħżugħ inżamm mill-pulizija li kien xogħol mal-ambaxxata li talab l-għajnuna ta’ sħabu. Mistoqsi għaliex kien qed ikisser il-magna tal-bejgħ, il-Belġjan qal li kien irrabjat għax kien għadu kemm kellu xi jgħid mat-tfajla tiegħu. Iż-żagħżugħ hu student f’Malta u mistenni jħalli l-pajjiż fis-27 t’April.
Il-Pulizija qed tkompli tinvestiga l-każ u talbet stima tal-ħsara li wettaq iż-żagħżugħ.
//= $special ?>