Persuna jew persuni mhux magħrufa sgassaw sit ta’ kostruzzjoni fil-Madliena u serqu diversi għodod li l-valur tagħhom hu ta’ madwar €4,500.
Is-serqa saret matul il-lejl għadda f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq il-Mielaħ. Mill-ewwel stħarriġ tal-pulizija irriżulta li l-ħalliel jew ħallelin daħlu fis-sit minn fetħa fiċ-ċint. Imbagħad huma sgassaw bieb tal-ħadid tal-kamra fejn il-ħaddiema tal-kostruzzjoni kienu qed jaħżnu l-għodda.
Bil-każ kien infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Anthony Vella li ħatar numru ta’ esperti biex jassistuh. Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.
//= $special ?>