Internazzjonali

Jintemm il-ħtif f’Tuneż

Skont uffiċjali tal-Gvern Tuneżin, il-forzi ta’ kontra t-terroriżmu qatlu żewġ terroristi li kienu qed iżommu grupp ta’ turisti ostaġġ fil-Mużew Bardo fil-kapitali Tuneżina. Dan wara li falla attakk kontra l-Parlament.
Il-Gvern Tuneżin qal li b’kollox kien hemm 19-il vittma fosthom 17-il turista mill-Italja, il-Ġermanja u Spanja.

Skont rapport fil-media Tuneżina, l-ISIS ħa r-responsabbilta tal-attakk. Dan bi tpatija għall-miżuri li l-Gvern qed jieħu kontra t-terroriżmu u xi arresti li saru f’dawn l-aħħar ġranet.

ID-DETTALJI GĦADHOM DIEĦLIN