Internazzjonali

Knejjes fil-mira tal-ISIS

Sensiela ta’ ritratti li juru l-qerda ta’ knejjes minn ġellieda tal-ISIS f’Ninawa fl-Iraq. Minn fuq il-kampnari, il-membri tal-ISIS neħħew il-kruċifiss u minflok poġġew il-bandiera tal-grupp. Dan apparti li qerdu kull simbolu ieħor tar-reliġjoni Nisranija fosthom statwi tal-Madonna u ikoni.

Ir-ritratti nħarġu mill-Middle East Media Research Institute (MEMRI).Steven Stalinsky, direttur tal-MEMRI, qal l-ISIS assolutament m’għandhom eda rispett għal reliġjonijiet oħra jew minoranzi u l-kampanja tagħhom kontra l-Insara kienet ilha li bdiet biss issa hi aktar fil-miftuħ f’pajjiżi bħall-Iraq fejn jikkontrollaw ħafna territorju.