Rapporti dieħlin minn Tuneż qed igħidu li grupp ta’ irġiel armati attakkaw il-Parlament fil-kapitali Tuneżina. Jidher ukoll li dawn issa qed iżommu wkoll xi ostaġġi f’mużew fil-qrib. Il-bini issa hu mdawwar mill-forzi tas-sigurta Tuneżini.
Jidher li hemm tal-anqas tmien persuni mejta fosthom xi turisti.
Jidher li t-terroristi libsin ta’ suldati ppruvaw jidħlu fil-Parlament meta nfetaħ in-nar fuqhom mis-sigurta u assedjaw ruħhom fil-mużew Bardo li jinsab biswit il-Parlament. Fil-ħin li daħlu t-terroristi fil-mużew kien hemm madwar 200 persuna ġewwa.
Rapporti mhux konfermati qed jindikaw li t-turisti li nqatlu huma mir-Renju Unit, Franza u Spanja.
Pulizija ta’ kontra t-terroriżmu bħalissa qed jagħmlu assalt fuq il-mużew.
“L-ebda Malti involut”
Kelliem għall-Gvern qal lil MaltaRightNow.com li l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin qed isegwi l-każ mill-qrib. Il-Kelliem qalilna li s’issa m’hemmx informazzjoni li hemm Maltin involuti.
Ir-rapporti għadhom deħlin …
(Filmat: Il-kommossjoni fit-toroq madwar il-Parlament Tuneżin wara l-attakk)
//= $special ?>