Lokali

Lanqas ma tingħata informazzjoni dwar il-medja tal-konsum tal-enerġija

Il-Ministru Konrad Mizzi kompla għaddej bit-tweġibiet fil-Parlament li fihom ma jagħtix l-informazzjoni mitluba. Fis-seduta tal-lejla ma tax informazzjoni dwar kemm kien il-konsum tal-enerġija bħala medja kull xahar minn Jannar tas-sena l-oħra sa Frar li għadda.

It-talba dwar il-medja ta’ konsum tal-enerġija saret mid-Deputat Nazzjonalista George Pullicino, bil-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa jwieġeb li l-informazzjoni mitluba għandha valur kummerċjali għall-Enemalta. Qal li l-iżvelar ta’ din l-informazzjoni jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess kumpanija.