Il-Pulizija qed tinvestiga l-mewta ta’ raġel abbord il-vapur tal-Gozo Channel fi triqtu mill-Imġarr għaċ-Ċirkewwa.
Mill-ewwel informazzjoni jirriżulta li r-raġel rikeb il-vjaġġ tat-8.15am meta għal xi raġuni waqa’ u ntilef minn sensieh. Hu mifhum li hu sofra minn attakk tal-qalb.
Ambulanza kienet qed tistenna lir-raġel fil-Port taċ-Ċirkewwa. Madankollu, l-intervent mit-tim mediku tal-Isptar Mater Dei kien għalxejn, hekk kif ir-raġel kien iċċertifikat mejjet.
Minħabba dak li seħħ, kien hemm dewmien f’numru ta’ vjaġġi, b’mod partikolari tad-9am miċ-Ċirkewwa lejn Għawdex.
(Ritratt: mill-Arkivji)
//= $special ?>