Internazzjonali

FILMAT: Id-determinazzjoni tal-poplu Tuneżin

Filmat li qed jiċċirkola fuq l-Internet li juri l-Membri Parlamentari Tuneżini kkantaw l-innu nazzjonali ta’ pajjiżhom waqt l-attakk ta’ nhar l-Erbgħa. Attakk li jidher li kellu fil-mira kemm il-Parlament kif ukoll il-Mużew Bardo fejn seħħ il-massakru ta’ turisti.
Huma bdew ikkantaw l-innu ta’ pajjiżhom hekk kif il-bibien tal-Parlament ingħalqu u kienu mwissija li setgħu kienu f’mira ta’ attakk terroristiku. Dak il-ħin huma kienu qed jiddiskutu liġijiet ġodda kontra t-terroriżmu