Grupp ta’ ċittadini f’raħal żgħir fil-Kanada qed jippruvaw jiġbru biżżejjed flus biex jistiednu lill-attur Kevin Bacon.
L-iskop tagħhom hu li jorganizzaw attività bħal Footloose ieħor f’żona pubblika biex jisfidaw liġi ġdida li daħħal ir-raħal tagħhom.
F’Taber, f’Alberta, residenti jistgħu jiġu mmultati $150 jekk jgħidu kelma baxxa, jekk jobżqu fit-triq, jekk jgħajtu u saħansitra jekk ikollhom mużika li tista’ ddejjaq lil ħaddieħor jew jekk jingħaqdu fi gruppi ta’ tliet persuni jew erba’ u jdejqu lil ħaddieħor.
Permezz ta’ account fuq Twitter, il-grupp ta’ ċittadini qed jipprova jiġbor flus biex iħallas għat-titjira ta’ Kevin Bacon li jkun il-mistieden ewlieni għal party kbir li jsir bħala protesta kontra din il-liġi li qed jiddeskrivi bħala bla sens. L-attività li għandhom f’moħħhom issir ovvjament ’il barra mir-raħal tagħhom biex ma jiġux immultati.
//= $special ?>