Il-Gvern Malti fi stqarrija kkundanna l-attakki li saru fit-Tuneżija u wassal il-kondoljanzi tiegħu lill-familji tal-vittmi filwaqt li xtaq fejqan ta’ malajr lil dawk li ndarbu f’dan l-attakk terroristiku.
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin George Vella qal li dan l-attakk ma għandux itellef mid-determinazzjoni tal-poplu Tuneżin li jibqa’ jibni fuq il-progress li sar fl-aħħar xhur. Huwa ta l-appoġġ tiegħu lill-Gvern tat-Tuneżija u ħeġġeġ lill-komunità internazzjonali biex tkun viċin it-Tuneżija u l-poplu tagħha f’dan il-mument diffiċli.
Il-Ministru George Vella qal li se jkun qed jiddiskuti s-sitwazzjoni fil-Mediterran mal-Ministru għall-Affarijiet Barrannin ta’ Ċipru matul taħditiet li se jkollu llum f’Nicosia.
//= $special ?>