Harry Kane issejjaħ għall-ewwel darba fl-iskwadra nazzjonali Ingliża mħabbra mill-kowċ nazzjonali Roy Hodgson.
L-attakkant ta’ Tottenham jinsab fi skwadra ta’ 24 plejer li se tkun qed tilgħab kontra l-Litwajna fil-kwalifikazjoni mill-Euro 2016 u kontra l-Italja f’partita ta’ ħbiberija aktar tard dan ix-xahar.
Kane li għandu 21 sena skorja 26 gowl dan l-istaġun fil-kompetizzjonijiet kollha u hu l-aqwa skorer Ingliż fl-ogħla diviżjoni b’gowl aktar minn Charlie Austin ta’ QPR.
“Il-pajjiż kollu qed jitkellem fuq Harry Kane. Kellu staġun eċċellenti u kienet tkun sorpriża kieku ma sejjaħtlux,” qal Hodgson.
Sieħeb Kane ma’ Tottenham, Kyle Walker qed jirritorna fl-iskwadra nazzjonali wara li l-10 u l-aħħar dehra tiegħu bil-flokk nazzjonali kienet f’Novembru tal-2013 fit-telfa kontra l-Ġermanja.
Daniel Sturridge ta’ Liverpool ukoll jista’ jagħmel it-tieni dehra tiegħu sa mit-Taza tad-Dinja wara li kellu problemi b’koxxtu.
Il-midfielder ta’ Aston Villa Fabian Delph ukoll jinsab lura fl-iskwadra wara li tilef il-partiti f’Novembru minħabba injury waqt li Hodgson għażel li jsejjaħ biss żewġ gowlkipers wara li Ben Foster jinsab imweġġa’.
L-iskwadra kollha hi din:
Goalkeepers – Fraser Forster (Southampton), Joe Hart (Man City)
Defensuri – Leighton Baines (Everton), Gary Cahill (Chelsea), Nathaniel Clyne (Southampton), Kieran Gibbs (Arsenal), Phil Jagielka (Everton), Phil Jones (Man United), Luke Shaw (Manchester United), Chris Smalling (Man United), Kyle Walker (Tottenham)
Midfielders – Ross Barkley (Everton), Michael Carrick (Man United), Fabian Delph (Aston Villa), Jordan Henderson (Liverpool), Adam Lallana (Liverpool), James Milner (Man City), Raheem Sterling (Liverpool), Andros Townsend (Tottenham ), Theo Walcott (Arsenal)
Attakkanti – Harry Kane (Tottenham), Wayne Rooney (Man United), Daniel Sturridge (Liverpool), Danny Welbeck (Arsenal).
//= $special ?>

