L-Oppożizzjoni, permezz tax-Shadow Minister tal-Affarijiet Barranin Roberta Metsola, ikkundannat l-attakk imdemmi fit-Tuneżija li seħħ ilbieraħ.
L-Oppożizzjoni qalet li dan huwa attakk iżolat li m’għandu fl-ebda ħin iwaqqaf jew itappan il-proċess pożittiv li għaddej minnu l-poplu Tuneżin. Hu għalhekk li l-Oppożizzjoni tagħmel appell lill-komunità internazzjonali biex tingħaqad f’ċirkostanzi bħal dawn u toffri lill-poplu Tuneżin sens ta’ wens f’dan il-mument diffiċli.
L-Oppożizzjoni qalet li qed tingħaqad mal-Gvern Malti u twassal il-kondoljanzi lill-qraba tal-vittmi ta’ dan l-attakk.
//= $special ?>