Dalgħodu dawk involuti fil-kampanja ‘IVA, Bħala Maltin u Ewropej’ organizzaw inizjattiva biex iħeġġu n-nies jagħmlu donazzjoni tad-demm.
Il-kampanja ‘IVA, Bħala Maltin u Ewropej’ temmen fir-rispett u qalu li m’humiex interessati li jmexxu kampanja ta’ botta u risposta fejn jikkompetu min se jgħajjar l-aktar.
Huma komplew jgħidu li żgur li ma jridux kampanja fejn id-dibattitu ma jibqax l-għasfur u jdur fuq attakki fuq in-nies. Fi stqarrija, l-kampanja IVA qalu li l-kampanja tal-‘Le’ qed tibrilla fil-mod kif qed tipprova ttappan l-integrità ta’ kull min għandu d-delizzju tal-kaċċa għal qalbu. Minn naħa tal-kampanja ‘IVA, Bħala Maltin u Ewropej’ qed jgħidu li jemmnu li dan mhux ġust, la għall-kaċċatur u l-anqas għal xi minoranza oħra.
L-istqarrija tkompli tgħid li l-‘IVA, Bħala Maltin u Ewropej’ jemmnu f’bilanċ ekwu filwaqt li spjegaw li l-Maltin huma xxurtjati għaliex it-temp jippermetti sabiex il-kampanja titgawda kważi matul is-sena kollha, mhux fir-Rebbiegħa biss.
//= $special ?>