Ambjent Għawdex Lokali

Ritratti: It-Torri tad-Dwejra fil-mira tal-vandali

Kliem oxxen u dispreġjattiv tebbgħu waħda mill-faċċati tat-torri storiku li hemm fid-Dwejra, f’Għawdex, wara l-azzjoni ta’ persuna jew persuni.

Kollox jindika li dan l-att vandalu kien immirat kontra l-Pulizija, bil-vandalu jew vandali jiżbħu diversi insulti lejn il-Korp, fosthom billi jikkritikaw il-ġustizzja u bl-użu ta’ kliem ħażin.

Il-Pulizija kienet infurmata b’dan kollu dalgħodu, għal ħabta tad-9am. L-investigazzjonijiet jinsabu għaddejjin.

Vandalizmu Torri Dwejra 1 180315

Vandalizmu Torri Dwejra 2 180315