Il-ġurnal In-Nazzjon fl-ewwel faċċata tiegħu b’erba’ aħbarijiet ewlenin. Tiddomina l-aħbar mix-xena internazzjonali dwar l-attakk terroristiku fil-kapitali Tuneżina. Fil-faċċata wkoll l-aħbar li l-MEP Nazzjonalista Roberta Metsola rebħet l-unur ta’ MEP tas-Sena. Fil-faċċata ta’ In-Nazzjon ritratt tal-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-PN Simon Busuttil fost it-tfal tal-iskola St Francis ta’ Birkirkara waqt żjara li għamel il-bieraħ f’din l-iskola. Tingħata wkoll importanza lill-aħbar li l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u l-Isptar St Luke’s se jgħaddu f’idejn il-privat.
L-aħbar li s-settur privat se jiżviluppa u jmexxi l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex tiddomina wkoll il-faċċata ta’ L-Orrizont li ssejjaħ dan il-ftehim bħala qabża kbira fis-servizz tas-saħħa.
L-aħbar tal-ftehim bejn il-Gvern u s-settur privat fil-qasam tas-saħħa tinsab ukoll fil-faċċata tal-ġurnal The Times. Dan il-ġurnal jirrapporta wkoll li madwar 50 għasfur li nqabdu wara li kienu qed jippruvaw jiddaħħlu Malta b’mod illegali qed jinżammu f’xi uffiċċju x’imkien minħabba li ma teżistix faċilità adegwata fejn jinżammu għasafar bħal dawn. Fit-Times ukoll jiddomina ritratt ta’ turisti li qed jippruvaw jaħarbu waqt l-attakk terroristiku f’Tuneż.
Il-ġurnal The Malta Independent fil-faċċata tiegħu wkoll jirrapporta dwar il-ftehim li sar mill-Gvern dwar il-qasam tas-saħħa. Aħbar oħra tikkwota lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista jgħid li episodji li seħħew dan l-aħħar, bħaż-żjara tal-Prim Ministru f’Ażerbaijan mingħajr media preżenti, iqajmu suspetti ta’ korruzzjoni.
//= $special ?>