Lokali

Żagħżugħ jiddaħħal l-isptar wara ħabta

Żagħżugħ ta’ 24 sena residenti l-Isla ddaħħal l-Isptar Mater Dei wara ħabta bejn tliet karozzi fi Triq Għajn Dwieli Raħal Ġdid li sħħet nhar il-Ħamis għall-ħabta tal-5.30 ta’ filgħodu.

Karozza Toyota Tercel kienet qed tinstaq minn Raħal Ġdid lejn Bormla u ħabtet ma’ żewġ karozzi pparkjati.

Iż-żagħżugħ kellu jittieħed l-isptar. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa minkejja li mhijiex waħda gravi.

L-investigazzjonijeit tal-pulizija għadhom għaddejjin.