Il-ħaddiema Għawdxin li jaħdmu f’Għawdex fil-lukandi u r-ristoranti hu ta’ 804. In-numru ta’ barranin li jaħdmu f’Għawdex f’dan il-qasam hu ta’ 182 persuna.
Din l-informazzjoni ngħatat mill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol, Evarist Bartolo, għall-mistoqsija tax-Shadow Minister għal Għawdex Chris Said li staqsa dwar kemm hemm ħaddiema Maltin u Għawdxin jaħdmu f’Għawdex fil-qasam tal-ospitalità; kemm hemm ħaddiema ta’ nazzjonalità barranija f’dan is-settur, kemm minn dawn il-ħaddiema huma Maltin u Għawdxin; u kemm minn dawk barranin jaħdmu fir-ristoranti u kemm fil-lukandi.
Jirriżulta li f’Ottubru tas-sena l-oħra fis-settur tal-lukandi f’Għawdex kien hemm 404 impjieg – 112-il barrani u 292 Għawdxin.
Fis-settur tar-ristoranti kien hemm total ta’ 400 impjieg – 330 Għawdxin u 70 barrani.