Lokali

Aġġornata: Persuna tinqatel fl-inħawi ta’ San Blas – il-vittma huwa Raymond Caruana ta’ 54 minn Ħaż-Żebbuġ

Ftit tal-ħin waslet fi tmiemha l-awtopsja fuq il-katavru ta’ Raymond Caruana fejn ħareġ li l-vittma miet b’kaġun ta’ tiri ta’ arma tan-nar minn distanza fil-viċin.

Il-gazzetta Il-Mument għada ser ikollha rappurtaġġ estensiv dwar dan il-każ.

Aktar kmieni ….

Il-bieraħ għall-ħabta tad-9:40 ta’ filgħaxija fl-inħawi ta’ San Blas, limiti tas-Siġġiewi biswit ir-razzett ‘Ta’ Gejtan’ li jinstab fi Triq il-Buskett sparatura ħalliet lil Raymond Caruana ta’ 54 sena minn Ħaż-Żebbuġ mejjet. Caruana, flimkien ma’ Sandro Psaila kienu akkużati b’kompliċità ta’ tixħim fil-konfront tal-Imħallef Ray Pace. Fis-17 ta’ Dicembru 2012 huma kienu ngħataw il-libertà proviżorja.

Caruana inqatel minn tiri ta rifle ‘semi-automatic’ hekk kif kien dieħel ġol-vettura Jeep Wrangler tiegħu. Filfatt, jidher li l-Pulizija sabu lill-vittma milqut bit-tiri tal-arma tan-nar maġenb il-vettura li kienet għadha mixgħula u bid-dawl mixgħul b’Caruana jidher li wara l-isparatura rnexxielu joħroġ mill-vettura iżda waqa mejjet fl-art wara l-istess vettura. Fatt interessanti huwa li l-vettura hija left-hand drive kontra għal maġġoranza tal-vetturi f’Malta li huma right-hand drive. Fuq il-vettura kienu evidenti wkoll bosta marki li juru li kienu sparati bosta tiri fid-direzzjoni tal-vettura.

Mara li kienet fir-razzett kienet il-persuna li ċemplet lil pulizija għall-għajnuna. Il-Maġistrat ta’ l-Għassa Gabriella Vella kienet infurmata bil-każ u marret fuq il-post fejn ħatret bosta esperti bies jgħinuha fl-inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija qegħdin jitmexxew mill-għola uffiċjali tad-dipartiment tal-investigazzjonijiet kriminali fosthom id-Deputat Kummissarju Pierre Calleja, l-Assistent Kummisarju Silvio Valletta, l-Assistent Kummisarju Neville Aquilina u l-Ispetturi Keith Arnaud, Kevin Farrugia u Kylie Borg.

Minn informazzjoni li għandu MaltaRightNow.com jidher li minkejja li fl-inħawi hemm bosta cameras tas-sigurta l-aggressur ma’ inqabad min ebda waħda minnhom.

Aktar kmieni ….

Il-vittma f’dan il-kaz huwa Raymond Caruana ta’ 54 sena minn Ħaż-Żebbuġ. Caruana, flimkien ma’ Sandru Psaila kienu akkużati b’kompliċità ta’ tixħim fil-konfront tal-Imħallef Ray Pace. Fis-17 ta’ Dicembru 2012 huma kienu ngħataw il-libertà proviżorja.

Hu nqatel illejla għall-ħabta tad-9.30 ta’ filgħaxija minn tiri ta rifle ‘semi-automatic’ hekk kif kien dieħel ġo vettura. Filfatt, jidher li l-Pulizija sabu lill-vittma milqut bit-tiri tal-arma tan-nar maġenb il-vettura.

Aktar kmieni ….

Xi tiri ġew sparati fl-inħawi ta’ San Blas, limiti tas-Siġġiewi għall-ħabta tad-9.30pm bil-konsegwenza li persuna spiċċat maqtula.

Fuq il-post bħalissa hemm numru kbir ta’ pulizija u t-triq ingħalqet għall-investigazzjonijiet.

qtil raymond caruana zebbug pulizija2

qtil raymond caruana zebbug pulizija1