Il-President tal-FIFA Sepp Blatter irrifjuta li jieħu sehem f’dibattitu televiżiv flimkien mal-avversarji tiegħu għall-elezzjoni Presidenzjali tal-FIFA li se ssir fid-29 ta’ Mejju. L-eks plejer Luis Figo, il-Prinċep Ali bin Al-Hussein u l-President tal-Federazzjoni tal-Futbol fl-Olanda, Michael van Praag se jkunu qed jisfidaw lil Blatter li minn naħa tiegħu se jkun qed jipprova jkun re-elett biex iservi l-ħames terminu tiegħu bħala President tal-FIFA.
Kemm Figo kif ukoll Van Praag ikkritikaw id-deċiżjoni ta’ Blatter li għażel li mhux biss għażel li ma jieħux sehem imm anke ma ta l-ebda raġuni għaliex għamel dan.
Fl-2011 Blatter kien re-elett f’e;ezzjoni li fiha ma kellu l-ebda avversarji wara li Mohamed Bin Hammam kien irtira fl-aħħar jiem minħabba akkużi ta’ korruzzjoni.
//= $special ?>