Knisja Lokali

Fr Joe Galea Curmi se jinħatar Vigarju Ġenerali

Fr Joe Galea Curmi mistenni jkun il-Vigarju Ġenerali l-ġdid tal-Knisja f’Malta. Skont Newsbook.com.mt, isem Galea Curmi mistenni jitħabbar fil-bidu tal-ġimgħa d-dieħla.

Matul il-konferenza tal-aħbarijiet li fiha tħabbar uffiċjalment isem Mons Charles Scicluna bħala l-Kap il-ġdid tal-Knisja f’Malta, l-Arċisqof-elett ħabbar li għalissa se jkollu jassistieh Vigarju Ġenerali.