Kif kien mistenni, dan l-istaġun mhux se jsir Grand Prix fil-Ġermanja wara li t-tellieqa ġiet eskluża mill-kalendarju.
Il-Gp tal-Ġermanja jalterna bejn żewġ ċirkwiti, dawk ta’ Nurburgring u Hockenheim. Sena ilu il-GP sar f’Hockenheim u suppost din is-sena kellu jsir f’Nurburgring imma minħabba li ċ-ċirkwit ta’ Nurburgring għadda f’idejn sidien ġodda ma kien iffirmat l-ebda kuntratt. Kien għalhekk li ġie deċiż li għat-tieni sena konsekuttiva l-GP Ġermaniż isir f’ Hockenheim imma ċ-ċirkwit mhux se jkun lest biex jorganizza t-tellieqa li hi skedata għad-19 ta’ Lulju.
Din l-aħbar tfisser li fl-istaġun se jsiru total ta’ 19-il tellieqa. L-aħħar darba li ma sar l-ebda GP fil-Ġermanja kien fl-1955.
//= $special ?>