Il-UK Independence Party issospenda Membru tal-Parlament Ewropew, li hi wkoll kandidata għall-elezzjoni ġenerali, wara “allegazzjonijiet serji ta’ natura finanzjarja”.
L-Ewroparlamentari Janice Atkinson, kellha tikkontesta l-elezzjoni tas-7 ta’ Mejju fil-fortizza Konservattiva ta’ Folkestone and Hythe, imma ġiet sospiża wara li l-ġurnal The Sun ippubblika filmat ta’ investigazzjoni li turi liċ-Chief of Staff tagħha titlob invoice ogħla milli fil-fatt nefqet biex titlob iktar flus lura.
Talbet invoice ogħla milli fil-fatt nefqet biex titlob iktar flus lura
Mhux magħruf jekk Janice Atkinson kinitx taf li ċ-Chief of Staff tagħha kienet qed twettaq dan ir-reat, u jekk kienet konxja, x’kien l-involviment tagħha.
Il-kap tal-UKIP Nigel Farange qal li s-sitwazzjoni tidher kerha ħafna, anzi li ma setgħetx tkun agħar u li hu sorpriż biha. Qal ukoll li l-partit tiegħu se jisma’ l-każ biex jieħu azzjonijiet dixxiplinari oħra, fil-bidu tal-ġimgħa d-dieħla.
//= $special ?>