Kultura Lokali

L-ewwel pellegrinaġġ bir-Redentur tal-parroċċa San Bastjan

Din is-sena se tibqa imfakkra bħala waħda speċjali għall-Qriema hekk kif illejla, wara 31 sena, se jsir għall-ewwel darba il-pellegrinaġġ bil-vara tar-redentur fil-parrocca ta’ San Bastjan.

Il-purcissjoni bir-redentur se tibda għall-habta tas-6pm.

Il-vara, xogħol tal-artist Alfred Camilleri Cuachi, ġiet restawrata fl-aħħar xhur wara li kienet ilha snin twal mimuma fil-Knisja z-zgħira tal-istess parroċċa.

L-attivitajiet marbuta mar-Randan fil-Parrocca San Bastjan ikomplu l-Ħadd meta l-Banda tas-Soċjeta’ Filarmonika Pinto twassal il-kunċert ‘Riflessi’ fil-Knisja Parrokjali. Il-programm jibda fis-7:30pm u jkun taħt il-patroċinju tal-Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona.