Internazzjonali

L-ISIS twettaq straġi fil-Jemen

L-ISIS ħa r-responsabblita għal sensiela ta’ attakki suwiċida l-Ġimgħa f’Sana’a, il-kapitali tal-Jemen. Attakki li saru f’moskei tax-Xiiti hekk kif in-nies inġabru għat-talb. Skont stimi proviżorji hemm 137 persuna mejta u aktar minn 345 persuna midruba.